keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT Art. 10 cercato: 'ekonomiċi' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- online 18
- dawk 13
- tas-servizzi 12
- kummerċjali 11
- tal-intermedjazzjoni 11
- permezz 10
- minn 9
- għal 8
- oħra 8
- tat-tiftix 7
- għandhom 7
- korporattivi 6
- huma 6
- kwalunkwe 6
- siti 6
- tagħhom 5
- offruti 5
- jinkludu 5
- servizzi 5
- is-servizzi 5
- trattament 5
- differenzjat 5
- il-fornitur 5
- dawn 5
- tal-magni 4
- ir-raġunijiet 4
- min-naħa 4
- tal-unjoni 4
- jagħtu 4
- oħrajn 4
- restrizzjonijiet 4
- tal-liġi 4
- għall-użu 4
- lill-konsumaturi 4
- differenti 4
- l-utenti 4
- artikolu 3
- il-fornituri 3
- prodotti 3
- mill-fornitur 3
- kkonċernati 3
- l-kundizzjonijiet 3
- l-aċċess 3
- ekonomiċi 3
- soġġetti 2
- diretta 2
- mal-liġi 2
- għalihom 2
- fkonformità 2
- membri 2
Artikolu 10
Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra
1. Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.
2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi fkonformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Artikolu 7
Trattament differenzjat
1. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online, minn, min-naħa, jew dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali kkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, mill-utenti kummerċjali oħrajn. Dik id-deskrizzjoni għandha tirreferi għall-kunsiderazzjonijiet prinċipali ekonomiċi, kummerċjali jew legali għal tali trattament differenzjat.
2. Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta dawk il-magni tat-tiftix online minn, min-naħa, jew dak il-fornitur stess jew minn kwalunkwe utent ta siti web korporattivi kkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, mill-utenti ta siti web korporattivi oħra.
3. Id-deskrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikopru bmod partikolari, meta applikabbli, kwalunkwe trattament differenzjat permezz ta miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornitur tal-magna tat-tiftix online, jew bl-imġiba tiegħu, relatati ma xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) | l-aċċess li l-fornitur, jew li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta’ siti web korporattivi li dak il-fornitur jikkontrolla, jista jkollhom għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali, l-utenti ta siti web korporattivi jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi; |
(b) | l-ikklassifikar jew settings oħra applikati mill-fornitur li jinfluwenzaw l-aċċess tal-konsumaturi għal prodotti jew servizzi offruti permezz ta dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn utenti kummerċjali oħrajn jew permezz ta dawk il-magni tat-tiftix online minn utenti ta siti web korporattivi oħra; |
(c) | kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati; |
(d) | l-aċċess għal servizzi, il-kundizzjonijiet jew kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta mitluba għall-użu ta servizzi jew funzjonalitajiet jew interfaċċi tekniċi li huma rilevanti għall-utent kummerċjali jew l-utent ta siti web korporattivi u li huma konnessi direttament jew anċillari għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati. |

whereas